00:40

Jn 16:12-15 -- The Spirit of truth will guide you into all the truth - L-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha.
- WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 6 OF EASTERTIDE --
- IN YEAR C, SUNDAY GOSPEL ON THE SOLEMNITY OF THE MOST HOLY TRINITY.
Evanġelju
L-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha.
Ġw 16, 12-15
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Ġw:16:12] "Baqagħli ħafna ħwejjeġ x'ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. [Ġw:16:13] Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma', u jħabbrilkom il-ġejjieni. [Ġw:16:14] Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. [Ġw:16:15] Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
.

457